Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 - Winzer Pharma vs UASI - Alcon (OFTAL CUSI)

(Kawża T-462/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alcon, Inc. (Hünenberg, l-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Lulju 2008 (R 1471/2007-1) u d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tas-16 ta' Lulju 2007 (B 809 899);

tiċħad l-Applikazzjoni Nru 003679181 għat-trade mark Komunitarja "Ophtal Cusi";

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

L-applikant għat-trade mark Komunitarja: Alcon Cusì, S.A (sussegwentement Alcon, Inc.)

It-trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "OFTAL CUSI" għal prodotti fil-klassi 5

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: "Ophtal" (Nru 489 948) għal prodotti fil-klassi 5

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 peress li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni minħabba x-xebh bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1).