Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-8 ta’ April 2022 – Z.K. u M.S. vs The Minister for Justice and Equality

(Kawża C-248/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Z.K. u M.S.

Konvenut: The Minister for Justice and Equality

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE 1 tipprojbixxi l-għoti simultanju ta’ drittijiet ta’ residenza dderivati lill-konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li ma għadux jgħix miegħu u lill-imsieħeb de facto u għal żmien twil tal-istess ċittadin tal-Unjoni li jeżerċita legalment id-dritt tiegħu ta’ moviment liberu bħala ħaddiem taħt id-Direttiva?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.