Language of document : ECLI:EU:T:2012:528





Digriet tal-Qorti (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2012 – Région Poitou‑Charentes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-31/12)

“Rikors għal annullament – Fondi Strutturali – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Att, parzjalment, informattiv, parzjalment, preparatorju – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm ta’ inizjattiva Komunitarja informazzjoni supplementari dwar ir-rapport finali ta’ implementazzjoni tal-imsemmi programm, qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ ħames xhur imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 1260/1999 — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, subparagrafu 4 tal-Artikolu 37(1)) (ara l-punti 32, 33, 39, 41, 49, 52 )

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tinkludi l-ittra tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Novembru 2011, li ssemmi bħala suġġett: “Għeluq tal-programm ‘Żona tal-Atlantiku’ 2000-2006, Approvazzjoni tar-rapport finali, CCI: 2001 RG 16 0PC 006)”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Région Poitou Charentes għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.