Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Ġunju 2009 - AVLUX vs Il-Parlament

(Kawża T-524/08)1

("Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Annullament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AIB-Vinçotte Lussumburgu (AVLUX ASBL) (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Adam, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u D. Petersheim, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tat-2 ta' Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta' sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (ĠU 2008, S 193-254240).

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 44, 21.2.2009.