Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-1 ta’ April 2022 – flightright GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-228/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: Eurowings GmbH

Domandi preliminari

Ikun hemm dejjem ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , meta l-kanċellazzjoni ta’ titjira, jew id-dewmien ekwivalenti għal kanċellazzjoni, ikunu dovuti għal bidla fl-allokazzjoni tal-islott mill-organu kompetenti inkarigat mis-sigurtà tal-ajru?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, huwa suffiċjenti sabiex ikun hemm ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 li l-bidla fl-allokazzjoni tal-islott tkun dovuta għall-kapaċità mnaqqsa tat-titjira minħabba kundizzjonijiet meteoroloġiċi, minkejja li s-sitwazzjoni meteoroloġika ma tkunx ġeneralment waqfet it-traffiku tal-ajru b’mod sostanzjali?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10