Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation – Chambre criminelle (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2023 – AK vs Ministère public

(Kawża C-583/23, Delda 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation - Chambre criminelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AK

Konvenut: Ministère Public

Domanda preliminari

L-Artikoli 1 u 3 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru tagħti jew tikkonvalida ordni ta’ investigazzjoni Ewropew li l-għan tagħha huwa, minn naħa, li l-imputat jiġi nnotifikat bl-att tal-akkuża, li jinkludi wkoll ordni ta’ arrest jew ħlas ta’ pleġġ, u, min-naħa l-oħra, li l-imputat jinstema’ sabiex huwa jkun jista’, fil-preżenza tal-avukat tiegħu, jagħmel kull osservazzjoni utli dwar il-fatti ddikjarati fl-imsemmi att?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2014, L 130, p. 1.