Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – CR vs Il-Parlament

(Kawża F-128/12) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance għall-ulied dipendenti – Ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament – Intenzjoni li l-amministrazzjoni titwassal biex twettaq żball – Prova – Nuqqas ta’ opponibbiltà lill-amministrazzjoni tat-terminu ta’ ħames snin biex tiġi ppreżentata t-talba għall-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Proċedura prekontenzjuża – Regola ta’ konkordanza – Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors – Ammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CR (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebelle-Demogeot u E. Taneva, aġenti)Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li jitwettaq, b’applikazzjoni tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-irkupru tal-allowances għall-ulied dipendenti kollha mħallsa indebitament lir-rikorrent u mhux biss dawk li ġew imħallsa indebitament lilu matul l-aħħar ħames snin.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.CR għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u għandu jbati l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.