Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Ġunju 2011 - GRP Security vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-87/11 R)

"Proċeduri għal miżuri proviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Kostatazzjoni ta' irregolaritajiet f'ċerti dokumenti pprovduti mill-offerent rebbieħ - Deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva fuq l-offerent rebbieħ u xoljiment unilaterali tal-kuntratt - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: GRP Security (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Osch, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u J. Vermer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-14 ta' Jannar 2011, li permezz tagħha l-Qorti tal-Awdituri imponiet fuq ir-rikorrenti l-ħlas ta' danni u interessi għall-ammont ta' EUR 16 000 u rriżervat id-dritt li titlob danni u interessi sussegwenti kif ukoll, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-istess jum li timponi sanzjoni amministrattiva ta' esklużjoni tar-rikorrenti mill-kuntratti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni Ewropea għal perijodu provviżorju ta' tliet xhur.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________