Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Frar 2013 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-85/11 P) 

(

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Mard gravi - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta r-rimbors ta' 100 % tal-ispejjeż mediċi esposti mill-appellant - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 72 tar-Regolament tal-Persunal - Kriterji stabbiliti mill-Kunsill Mediku - Produzzjoni ta' parir tat-tabib konsulent matul l-istanza - Kompetenza tal-kap tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet - Appell manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: L. Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, mgħejuna minn A. DaI Ferro, avukat)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla), tat-23 ta' Novembru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-65/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 103, 02.04.2011.