Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2011 - Antrax It vs UASI - Heating Company (Radjaturi għat-tisħin)

(Kawża T-83/11)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heating Company BVBA (The) (Dilsen, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Novembru 2010, fil-parti li fiha ddikjarat l-invalidità tad-disinn Komunitarju Nru 000593959-0001.

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Novembru 2010, fil-parti li fiha kkundannat lil Antrax IT s.r.l. għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti minn The Heating Company BVBA fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

tikkundanna lill-UASI u lill-The Heating Company BVBA għall-ispejjeż tal-kawża favur Antrax It s.r.l., flimkien ma' spejjeż oħra legali.

tikkundanna lil The Heating Company BVBA għall-ispejjeż tal-kawża favur Antrax It s.r.l., flimkien ma' spejjeż oħra legali, li ġew sostnuti minn din tal-aħħar fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn Komunitarju Nru 000593959/0001 (radjaturi għat-tisħin).

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: Ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: The Heating Company BVBA

Motivazzjoni għat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: id-disinn Komunitarju kkontestat ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 4-9 tar-Regolament dwar trade marks u disinni Komunitarji (RDK), u jirriżulta nieqes minn karattru distintiv fir-rigward tad-disinn Ġermaniż Nru 5 li jinsab fir-reġistrazzjoni kollettiva Nru 401 10481.8, ippubblikata fuq talba ta' The Heating Company BVBA u l-istess fi Franza, fl-Italja u fil-Benelux, bħala trade mark internazzjonali Nru DM/060899.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: disinn Komunitarju kkonċernat iddikjarat invalidu.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata ddikjarata nulla u d-disinn Komunitarju ddikjarat null.

Motivi invokati: l-eżistenza tal-karattru individwali tad-disinn Komunitarju Nru 000593959-0001.

____________