Language of document : ECLI:EU:T:2013:263





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2013 — Sanofi Pasteur MSD vs UASI – Mundipharma (Rappreżentazzjoni ta’ żewġt imnieġel kontra xulxin)

(Kawża T‑502/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta żewġt imnieġel kontra xulxin — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw żewġ żigarelli kontra xulxin — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37, 38, 53)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku — Prodotti farmaċewtiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 42)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta żewġt imnieġel kontra xulxin u trade marks figurattivi li jirrappreżentaw żewġ żigarelli kontra xulxin (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 44, 47-51, 62)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Rabaʼ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 taʼ Lulju 2011 (Każ R 1904/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi Pasteur MSD SNC u Mundipharma AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sanofi Pasteur MSD SNC hija kkundannata għall-ispejjeż.