Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Frar 2013 - Nikolaou vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-241/09) 

("Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Qorti tal-Awdituri - Żvolġiment ta' investigazzjonijiet interni - Data personali - Illegalità - Rabta kawżali -Preskrizzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Kalliopi Nikolaou (il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u G. Douka, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J.-M. Stenier, aġenti, assistiti minn P. Tridimas)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent wara irregolaritajiet u ksur tad-dritt tal-Unjoni li l-Qorti tal-Awdituri wettqet fil-kuntest ta' investigazzjoni interna.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kalliopi Nikolaou huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 205, 29.08.2009.