Language of document :

Appell ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fil-31 ta' Marzu 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-146/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/09 P)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

Fi kwalunkwe każ:

-    tannulla in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni id-digriet ikkontestat.

-    tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza, li fuqu ddeċieda d-digriet ikkontestat, kien perfettament ammissibili in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni.

Prinċipalment:

-    tilqa' in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni il-petitum inkluż fir-rikors tal-ewwel istanza, kif ukoll tikkundanna lill-appellata għall-ħlas lura tal-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji kollha mħallsa għall-kawża de qua f'kull istanza.

Subordinatament:

-    tirrinvija l-kawża de qua lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid il-mertu tal-istess.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell qed isir mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-31 ta' Marzu 2009, fil-Kawża F-146/07. Dan id-digriet ċaħad bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondat rikors intiż għall-anullament tad-deċiżjoni tal-appellata li ma tilqax talba tal-appellant li ssir investigazzjoni dwar ittra allegatament ikkontaminata bl-anthrax u li tagħha r-rikorrent stess safa vittima fil-perijodu meta kien assenjat mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Angola, kif ukoll għall-kumpens tad-danni mġarrba minħabba din id-deċiżjoni.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni li hemm żbalji ta' liġi f'diversi dikjarazzjonijiet tat-TSP dwar l-inammissibbiltà u l-infondatezza tat-talbiet tiegħu, kif ukoll distorsjoni u żnaturament tal-fatti.

____________