Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Frar 2013 - Caventa vs UASI - Anson's Herrenhaus (B BERG)

(Kawża T-631/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B BERG - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment J. Krenzel, sussegwentement minn T. Stein u A. Segler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anson's Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Löffel u P. Lange, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Settembru 2011 (Każ R 2014/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Anson's Herrenhaus KG u Caventa AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Caventa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 32, 04.02.2012.