Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Bilbaina de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-689/13)1

[“Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Klassifikazzjoni ta’ qatran tal-faħam b’temperatura għolja fil-kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta u ta’ tossiċità akwatika kronika – Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 u 1272/2008 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Klassifikazzjoni ta’ sustanza abbażi tal-kostitwenti tagħha”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bilbaína de Alquitranes, SA (Luchana Baracaldo, Spanja); Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka); (rappreżentanti: Industrial Química del Nalón, SA (Oviedo, Spanja); Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka); Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit); Koppers Netherlands BV (Uithoorn, in-Netherlands); Rütgers basic aromatics GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja); Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju); Rütgers Poland Sp. z o.o.( Kędzierzyn-Koźle, il-Polonja); Bawtry Carbon International Ltd (Doncaster, ir-Renju Unit); Grupo Ferroatlántica, SA (Madrid, Spanja); SGL Carbon GmbH (Meitingen, il-Ġermanja); SGL Carbon GmbH (Bad Goisern am Hallstättersee, l-Awstrija); SGL Carbon (Passy, Franza); SGL Carbon, SA (La Coruña, Spanja); SGL Carbon Polska S.A. (Racibórz, il-Polonja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja); u Tokai erftcarbon GmbH (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu, P. Sellar u M. Grunchard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Loewenthal u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: GrafTech Iberica, SL (Navarra, Spanja) (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, P. Sellar u M. Grunchard, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u C. Jacquet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, p. 5), sa fejn dan jikklassifika l-qatran tal-faħam b’temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta ta’ kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika ta’ kategorija 1 (H410).DispożittivIr-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, huwa annullat sa fejn dan jikklassifika il-qatran tal-faħam b’temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta ta’ kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika ta’ kategorija 1 (H410).Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż proprji tagħha, dawk sostnuti minn Bilbaína de Alquitranes, SA, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Koppers Netherlands BV, Rütgers basic aromatics GmbH, Rütgers Bel

gium NV, Rüt

gers Poland Sp. z o.o., Bawtry Carbon International Ltd, Grupo Ferroatlántica, SA, SGL Carbon GmbH (Il-Ġermanja), SGL Carbon GmbH (L-Awstrija), SGL Carbon, SGL Carbon, SA, SGL Carbon Polska S.A., ThyssenKrupp Steel Europe AG, Tokai erftcarbon GmbH u GrafTech Iberica, SL.L-Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.

____________

1  ĠU C 85, 22.3.2014.