Language of document : ECLI:EU:T:2011:170





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ April 2011 – United States Polo Association vs UASI – Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)

(Kawża T‑228/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali U.S. POLO ASSN. – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti POLO-POLO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 56) (ara l-punti 27, 52, 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 886/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Textiles CMG, SA u United States Polo Association.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

United States Polo Association

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali U.S. POLO ASSN. għall-prodotti fil-klassijiet 9, 20, 21, 24 u 27 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4567483

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Textiles CMG, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni tat-Trade mark verbali Spanjola POLO-POLO għall-prodotti fil-klassi 24; reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja POLO-POLO għall-prodotti fil-klassijiet 24, 25 u 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

United States Polo Association hija kkundannata għall-ispejjeż.