Language of document : ECLI:EU:T:2013:119

Kawża T‑462/12 R

Pilkington Group Ltd

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ data allegatament koperta mis-sigriet kummerċjali — Talba għal miżuri provviżorji — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi”

Sommarju — Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013

1.      Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess fis-soluzzjoni tal-kawża għal miżuri provviżorji — Evalwazzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi fuq is-sitwazzjoni ekonomika jew ġuridika ta’ min jitlob li jintervjeni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 40)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256 (1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni li hija inkluża f’waħda mid-deċiżjonijiet tagħha — Neċessità taż-żamma tal-effettività tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fir-rikors fil-kawża prinċipali

(Artikolu 278 TFUE)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu gravi u irreparabbli għar-rikorrenti — Effett ħażin fuq interess tar-rikorrenti — Effett ħażin fuq l-interess tal-ħaddiema tal-kumpannija rikorrenti — Esklużjoni

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

5.      Drittijiet fundamentali — Rispett tal-ħajja privata — Kunċett ta’ ħajja privata — Applikazzjoni għall-impriżi — Portata

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikolu 7)

6.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Riskju ta’ dannu gravi u irreparabbli għad-drittijiet fundamentali

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE, Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikoli 7 u 47)

7.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu li jirriżulta minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad talba għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ dokumenti kkuppjati waqt verifika bbażata fuq l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 17 — Assenza

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

8.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali — Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni li hija inkluża f’waħda mid-deċiżjonijiet tagħha li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Motivi li jirrigwardaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni koperta mis-sigriet kummerċjali — Motivi li prima facie ma kinux infondati

(Artikoli 278 TFUE u 339 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikoli 7 u 47)

9.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Sigriet professjonali — Determinazzjoni tal-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali — Ibbilanċjar tal-interess ġenerali għat-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni u tal-interessi leġittimi li jipprekludu l-iżvelar

(Artikolu 339 TFUE; Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 1049/2001)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 15-17, 20)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 24, 25, 36)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28-33)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 40)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 44)

6.      Fid-dawl tar-rekwiżit tal-urġenza, u bla ħsara għall-eżami tar-rekwiżit dwar il-fumus boni juris, il-miżuri provviżorji mitluba għandhom jingħataw peress li d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti jistgħu jiġu leżi b’mod gravi u irreparabbli minħabba fiċ-ċaħda tat-talba għal miżuri provviżorji.

Fil-fatt, mhux iktar tard mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li ta lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali l-istatus ta’ dritt primarju tal-Unjoni u li jipprovdi li l-Karta għandha l-istess valur legali bħat-Trattati, ir-riskju imminenti ta’ ksur gravi u irreparabbli tad-drittijiet fundamentali għandu jkun ikklassifikat, fih innifsu, bħala dannu li jiġġustifika l-għoti tal-miżuri ta’ protezzjoni provviżorji mitluba.

(ara l-punti 45, 53)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 56)

8.      Fil-proċedura għal miżuri provviżorji, ir-rekwiżit dwar il-fumus boni juris huwa sodisfatt meta tal-inqas wieħed mill-motivi invokati mill-parti li titlob il-miżuri provviżorji insostenn tar-rikors prinċipali, jidher, prima facie, rilevanti u, f’kull każ, mhux nieqes minn bażi serja, sa fejn juri l-eżistenza ta’ kwistjonijiet ġuridiċi kumplessi li s-soluzzjoni għalihom ma tkunx ovvja u għalhekk timmerita evalwazzjoni fil-fond, li ma tistax issir mill-Imħallef għal miżuri provviżorji, iżda għandha tkun is-suġġett tal-kawża prinċipali, jew meta mid-diskussjoni bejn il-partijiet tirriżulta l-eżistenza ta’ disputa legali importanti li s-soluzzjoni tagħha ma hijiex ovvja.

Fil-kuntest tas-suġġett ta’ talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża li hija tieqaf milli tippubblika informazzjoni kunfidenzjali li hija inkluża f’waħda mid-deċiżjonijiet tagħha, l-Imħallef għal miżuri provviżorji, bir-riskju li ma jiġix rikonoxxut il-karattru intrinsikament aċċessorju u provviżorju tal-proċeduri għal miżuri provviżorji kif ukoll bir-riskju imminenti li jiġu eliminati d-drittijiet fundamentali invokati mill-parti li tfittex li tikseb il-protezzjoni provviżorja ta’ dawn tal-aħħar jista’, bħala prinċipju, jiddeċiedi li ma hemmx fumus boni juris biss fil-każ fejn il-karattru kunfidenzjali tal-informazzjoni inkwistjoni jkun manifestament nieqes. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigrieti kummerċjali u li l-kunfidenzjalità tagħha kellha tiġi protetta tissemma fil-bilanċ annwali pubbliku tar-rikorrenti jew f’att ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ara l-punti 58, 59)

9.      L-Imħallef għal miżuri provviżorji ma jistax jeskludi, prima facie, li l-iżvelar tal-informazzjoni dwar impriża li hija magħrufa biss minn numru ristrett ta’ persuni jista’ joħloq dannu serju lil rikorrenti, u dan, anki jekk l-informazzjoni għandha ħames snin jew iktar. Fil-fatt, il-persuna kkonċernata tista’ turi li, minkejja l-qedem tagħha, din l-informazzjoni għadha tikkostitwixxi element essenzjali tal-pożizzjoni kummerċjali tagħha. Lanqas ma jista’ jiġi manifestament eskluż li l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jipprovdi li l-kunfidenzjalità tal-interessi kummerċjali jew ta’ dokumenti sensittivi tista’ tkun protetta eċċezzjonalment matul perijodu ta’ tletin sena, jekk mhux saħansitra lil hinn minn dan il-perijodu jekk neċessarju, huwa ta’ natura li jinfluwenza l-evalwazzjoni li għandha ssir f’dan il-każ.

F’dan ir-rigward, anki jekk jitqies li din l-informazzjoni tista’ titqies li tikkostitwixxi sigrieti kummerċjali tar-rikorrenti, il-kwistjoni li jsir magħruf jekk l-informazzjoni għandux oġġettivament jistħoqqilha protezzjoni teħtieġ ibbilanċjar bejn l-interessi tar-rikorrenti sabiex din ma tiġix żvelata u l-interessi ġenerali li jirrikjedu li l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jsiru fl-ikbar osservanza tal-prinċipju ta’ trasparenza. Issa, tali bbilanċjar tad-diversi interessi inkwistjoni jeżiġi evalwazzjonijiet delikati li għandhom jiġu rriżervati għall-qorti li tiddeċiedi fuq il-mertu.

(ara l-punti 70-72)