Language of document : ECLI:EU:T:2015:309





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 — Formula One Licensing vs UASI – Idea Marketing (F1H2O)

(Kawża T-55/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali F1H20 — Trade marks Komunitarji, internazzjonali Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi F1 — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 29, 34, 48)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali F1H2O — Trade Marks verbali u figurattivi F1 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 33, 49-51, 55-57)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kapaċità tad-diverġenzi kunċettwali li jinnewtralizzaw ix-xebh viżiv jew fonetiku — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 44)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1247/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Formula One Licensing BV u Idea Marketing SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Formula One Licensing BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Idea Marketing SA.