Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2021 – Maxxus Group GmbH & Co. KG vs Globus Holding GmbH & Co. KG

(Kawża C-183/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maxxus Group GmbH & Co. KG

Konvenut: Globus Holding GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari id-direttiva/i dwar it-trade marks, jiġifieri d-Direttiva 2008/95/KE tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks 1 , b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha, jew id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks 2 , b’mod partikolari l-Artikoli 16, 17 u 19 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-effett utli ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludi interpretazzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali fis-sens li

fi proċedura ċivili intiża għall-kanċellazzjoni, minħabba revoka dovuta għal nuqqas ta’ użu ta’ trade mark nazzjonali rreġistrata, fuq ir-rikorrent jiġi impost oneru tal-espożizzjoni tal-fatti li għandu jkun distint mill-oneru tal-prova, u li

fil-kuntest ta’ dan l-oneru tal-espożizzjoni tal-fatti, timponi fuq ir-rikorrent,

fil-kuntest ta’ tali proċedura, li jippreżenta, sa fejn dan ikun possibbli għalih, osservazzjonijiet issostanzjati dwar in-nuqqas ta’ użu, mill-konvenut, tat-trade mark, u

għal dan il-għan, iwettaq ir-riċerka tiegħu stess dwar is-suq, li għandha tkun adegwata għat-talba għal kanċellazzjoni u għan-karattru individwali ta’ din it-trade mark?

____________

1     ĠU 2008, L 299, p. 25.

2      ĠU 2015, L 336, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 110, p. 5.