Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 - Il-Kummissjoni vs Vicente Carbajosa et

(Kawża T-6/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta' kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-eżami bil-miktub wara r-riżultat miksub fit-test tal-aċċess - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla - Prinċipju ta' kontradittorju")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Isabel Vicente Carbajosa (Brussell, il-Belġju); Niina Lehtinen (Brussell); u Myriam Menchén (Brussell) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ottubru 2010, Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni (F-9/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta' Ottubru 2010, Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni (F-9/09), hija annullata sa fejn tannulla d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li I. Vicente Carbajosa fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08 u N. Lehtinen u M. Menchén fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 ma jiġux inklużi fil-lista ta' kandidati mistiedna jissottomettu applikazzjoni kompleta.

Id-deċiżjonijiet tal-EPSO li I. Vicente Carbajosa fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08 u N. Lehtinen u M. Menchén fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 ma jiġux inklużi fil-lista ta' kandidati mistiedna jissottomettu applikazzjoni kompleta huma annullati.

I. Vicente Carbajosa, N. Lehtinen, M. Menchén u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati ma' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 72. 05.03.2011.