Language of document : ECLI:EU:T:2011:653





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – Three‑N‑Products Private vs UASI – Shah (AYUURI NATURAL)

(Kawża T-313/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AYUURI NATURAL – Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti AYUR – Raġuni relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 54, 64, 65)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1005/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Three-N-Products Private Ltd u S. Shah u A. Shah, M. Shah.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ġunju 2010, (Każ R 1005/2009-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Three-N-Products Private Ltd.

3)

Sheilesh Shah u Akhil Shah għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Private Ltd għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell.