Language of document : ECLI:EU:T:2021:390





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat30 ta’ Ġunju 2021 –
GY vs BĊE

(Kawża T746/19)

“Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Remunerazzjoni – Allowance tad-dar – Bidla tal-iskema applikabbli – Ċaħda tat-talba għas-sena 2019 – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Assenza ta’ miżuri tranżitorji”

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Ammissibbiltà – Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Talbiet neqsin minn kontenut awtonomu jew deċiżjoni purament konfermattiva – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91; Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 42)

(ara l-punti 18, 19)

2.      Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew – Remunerazzjoni – Bidla tal-iskema applikabbli – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni

(Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikoli 9(c) u 13)

(ara l-punti 29 sa 31)

3.      Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew – Remunerazzjoni – Allowance tad-dar – Bidla tal-iskema applikabbli – Assenza ta’ miżuri tranżitorji sabiex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi tar-riforma għal ċerti kategoriji tal-membri tal-persunal – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

(Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 9(c))

(ara l-punti 32 sa 34, 37, 48, 49)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tat‑28 ta’ Jannar 2019 li ma jagħtix l-allowance tad-dar lir-rikorrent għas-sena 2019.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat‑28 ta’ Jannar 2019 hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-għoti tal-allowance tad-dar għas-sena 2019 lil GY.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.