Language of document : ECLI:EU:T:2021:401





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Skyliners vs EUIPO – Sky (SKYLINERS)

(Kawża T15/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SKYLINERS – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea SKY – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 41(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) – Awtorizzazzjoni sabiex titressaq oppożizzjoni

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni ċara u preċiża tal-motivi invokati – Interpretazzjoni flessibbli

(ara l-punt 24)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell ippreżentat mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 46(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regoli 15(2)(h), u 19(1) u (2))

(ara l-punti 46, 47)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali SKYLINERS u SKY

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 65, 81 sa 86)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Bord tal-Appell – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punti 75 sa 78)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 798/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sky u Skyliners.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 798/2018-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO u Sky Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, flimkien, dawk sostnuti minn Skyliners GmbH.