Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ April 2021 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs O. Fundusz Inwestycyjny Zamknięty irrappreżentat minn O S.A.
(Kawża C-250/21)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Szef Krajowej Administracji Skarbowej
Konvenut: O. Fundusz Inwestycyjny Zamknięty irrappreżentat minn O S.A.
Domandi preliminari
L-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni għat-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-għoti u n-negozjar ta’ kreditu jew l-immaniġġjar tal-kreditu, tapplika għall-kuntratt ta’ sottoparteċipazzjoni deskritt fil-kawża prinċipali?
____________
1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.