Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2011 - Sogepi Consulting y Publicidad vs UASI (ESPETEC)

(Kawża T-72/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sogepi Consulting y Publicidad, SL (Vic, Spanja) (rappreżentanti: J. P de Oliveira Vaz Miranda Sousa, T. Barceló Rebaque u N. Esteve Manasanch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla u tirrevoka d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Novembru 2010 fil-Każ R 312/2010-2;

konsegwentement tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7.114.572 "ESPETEC", u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark verbali "ESPETEC", għal prodotti fil-klassi 29.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark irrifjutata.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li t-terminu "ESPETEC" ma għandux karattru distintiv jekk jiġi kkunsidrat indipendentement mill-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni u ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 peress li hemm żnaturament u evalwazzjoni żbaljata tal-provi tal-użu fis-suq tat-trade mark "ESPETEC".

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).