Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-15 ta’ Frar 2022 – P.M. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie
(Kawża C-105/22)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: P.M.
Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju li t-taxxa tas-sisa, bħala taxxa fuq il-konsum fattwali, tinġabar fi stadju wieħed u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 107(1) tal-Ustawa z dnia 6 grudnia 2008 r. o podatku akcyzowym (il-Liġi tas-6 ta’ Diċembru 2008 dwar it-Taxxa tas-Sisa) inkwantu ma tippermettix ir-rimbors, lill-persuna taxxabbli, tat-taxxa tas-sisa fuq l-esportazzjoni ta’ karozza tal-passiġġieri rreġistrata, ikkalkolata proporzjonalment għall-perijodu tal-użu tagħha fit-territorju nazzjonali?
____________