Rikors ippreżentat fit-8 ta' April 2013 - Stance vs UASI - Pokarna (STANCE)
(Kawża T-206/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stance, Inc. (San Clemente, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pokarna Ltd (Secundrabad, l-Indja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-1 ta' Frar 2013 fil-Każ R 885/2012-5 li tirrigwarda l-oppożizzjoni bbażata fuq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 005 491 329 kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 008 957 516 "STANCE";
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "STANCE" għal prodotti fil-klassi 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 957 516
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja għat-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad "STANZA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 65, 8(1)(b), 75, 76(1), (2) u 83 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________