Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Stance vs UASI – Pokarna (STANCE)

(Kawża T-206/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stance, Inc. (San Clemente, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pokarna Ltd (Secundrabad Andhra Pradesh, l-Indja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Frar 2013 (Każ R 885/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pokarna Ltd u Stance, Inc.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mill-konvenut.