Language of document : ECLI:EU:T:2014:1005





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Novembru 2014 —
Moreda‑Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni


(Kawżi magħquda T‑426/10 u T‑575/10 u Kawża T‑440/12)

“Rikors għal annullament — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta parzjali”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali — Deċiżjoni mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrent — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 101 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 17-22)

Suġġett

Talbiet għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra COMP/G2/DVE/nvz/79465 tad-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T‑426/10, it-talbiet intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prestressing), huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Fil-Kawża T‑575/10, ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-bqija tal-motivi u tat-talbiet huma rriżervati.

4)

Trefilerías Quijano, SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-motivi u mat-talbiet intiżi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prestressing) ippreżentati fil-Kawża T‑426/10 kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kawża T‑575/10.