Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2023 – Van Oosterwijck vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-622/22) 1
(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Rifjut tal-għoti – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Artikolu 20
tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza tat-trattament”)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Viviane Van Oosterwijck (Kontich, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Moyse u L. Heisten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u G. Niddam, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Bukšek Tomac u A. Krachler, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u X. Chamodraka, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2021 li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal għoti ta’ pensjoni tas-superstiti.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Is-Sinjura Viviane Van Oosterwijck hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
____________
1 ĠU C 441, 21.11.2022.