Language of document : ECLI:EU:T:2015:272

Kawża T‑480/11

Technion – Israel Institute of Technology

Et

Technion Research & Development Foundation Ltd

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti meħuda inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ awditu finanzjarju fuq l-eżekuzzjoni ta’ ċerti kuntratti ta’ riċerka konklużi fil-kuntest tas-sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ attivitajiet ta’ ispezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Interess pubbliku ikbar”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2015

1.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Obbligu għall-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti — Portata — Esklużjoni tal-obbligu — Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

2.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika — Portata — Applikazzjoni wara l-għeluq ta’ dawn l-attivitajiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

3.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti — Kunċett — Interess partikolari tal-persuna li titlob aċċess — Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 2(1) u 4(2))

4.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti — Distinzjoni mal-prinċipju ta’ trasparenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 43-49)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 65)

3.      L-interess partikolari li jista’ jiġi invokat minn persuna li titlob l-aċċess għal dokument li jikkonċernaha personalment ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ interess pubbliku ikbar fis-sens tal-aħħar parti tas-sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, marbuta mal-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, fir-rigward tal-invokazzjoni minn persuna li titlob aċċess, tan-neċessità li jingħata aċċess għad-dokumenti kontenzjużi bil-għan li tkun tista’ ssostni, b’mod effettiv, id-drittijiet tagħha fil-kuntest tal-proċedura kontradittorja ta’ awditu, anki jekk tiġi preżunta l-eżistenza ta’ dritt ta’ aċċess għall-imsemmi dokument, tali dritt ma jistax jiġi eżerċitat speċifikament permezz ta’ mekkaniżmi ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti pprovduti mir-Regolament Nru 1049/2001.

(ara l-punti 75, 76)

4.      L-interess tal-pubbliku li tinkiseb il-komunikazzjoni ta’ dokument abbażi tal-prinċipju ta’ trasparenza, intiż sabiex jiżgura parteċipazzjoni aħjar taċ-ċittadini fil-proċess deċiżjonali u sabiex tiġi żgurata leġittimità ikbar, effikaċja ikbar u responsabbiltà ikbar tal-amministrazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini fis-sistema demokratika, ma għandux l-istess piż f’dak li jirrigwarda dokument li jaqa’ taħt proċedura amministrattiva meta mqabbel ma’ dokument marbut ma’ proċedura li fil-kuntest tagħha l-istituzzjoni tal-Unjoni tintervjeni bħala leġiżlatur.

(ara l-punt 79)