Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0516\tra-doc-mt-req_comm-t-0516-2015-201508181-02_00.doc

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Gruppe Nymphenburg Consult vs UASI (Limbic® Types)

(Kawża T-516/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppe Nymphenburg Consult AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Limbic® Types” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 316 469

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1974/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja Nru 12 316 469 “Limbic® Types”;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tal-Artikolu 63, tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009.

____________