Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Almaz-Antey vs Il-Kunsill

(Kawża T-515/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: OAO Concern PVO Almaz-Antey (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Stumpf u A. Haak, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/971, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015 L 157, p. 50), sa fejn din id-deċiżjoni tapplika għar-rikorrenti,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni adottata mill-Kunsill kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, jiġifieri d-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill ma pprovdiex raġunijiet xierqa jew suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni, entitajiet jew korpi li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill ma stabbilixxiex il-prova li r-rikorrenti hija involuta fid-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna jew li hija għandha xi influwenza fuq is-suċċess tal-implementazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk.Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qies li wieħed mill-kriterji għall-inklużjoni fil-lista ta’ persuni suġġetti għall-miżura kkontestata kien issodisfatt f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li, b’konsegwenza tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/971, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, ma għandux bażi ġuridika suffiċjenti, u dan ifisser li l-inklużjoni tar-rikorrenti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, abbażi tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) N

ru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, hija ineffettiva.

____________