Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2015, GESTDEM 2015/1291, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għall-opinjoni ddettljata maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2014/537/PL,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2015, GESTDEM 2015/1291, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għall-opinjoni ddettljata maħruġa mir-Repubblika ta’ Malta fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2014/537/PL,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 1 minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata tal-Kummissjoni

It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax raġonevolment jiġi interpretat fis-sens li dokument li jkun jinsab fil-pussess tal-Kummissjoni ma jistax jiġi żvelat jekk dan ikun jista’ jippreġudika l-iskop ta’ xi spezzjoni, investigazzjoni jew verifika, anki jekk id-dokument ma jkunx ġie redatt fil-kuntest jew għall-iskop ta’ tali spezzjoni, investigazzjoni jew verifika.

Ebda preżunzjoni ġenerali li l-iżvelar ta’ dokument ser jippreġudika l-protezzjoni tal-iskop ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ma tista’ tapplika għal dokument prodott fil-kuntest ta’ proċedura ta’ notifika peress li tali preżunzjoni ġenerali ma teżistix fir-rigward ta’ tali proċedura.

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-opinjoni tagħha tikkonċerna miżura intiża li tirrimedja ksur tad-dritt tal-Unjoni u tinkludi riferimenti għall-ittra ta’ intimazzjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha nbdiet il-proċedura għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu u evalwazzjoni tal-miżura nnotifikata fid-dawl ta’ din il-proċedura, ma tistabbilixxix l-eżistenza ta’ xi preżunzjoni ġenerali li l-opinjoni ddettaljata ma għandhiex tiġi żvelata.

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija inkonsistenti sa fejn tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq preżunzjoni ġenerali filwaqt li fl-istess ħin tirreferi għall-karatteristiċi speċifiċi “ta’ dan il-każ”.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 296 TFUE minħabba r-rifjut ta’ aċċess parzjali għall-opinjoni ddettaljata tal-Kummissjoni

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kien imissha żvelat l-opinjoni ddettaljata tagħha parzjalment, jiġifieri wara li tkun neħħiet ir-riferimenti għall-ittra ta’ intimazzjoni marbuta mal-proċedura għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata minkejja l-eżistenza ta’ interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tagħha

Peress li l-opinjoni ddettaljata kienet tikkonċerna miżura li kienet diġà qiegħda tiġi ttrattata fil-Parlament u peress li din l-opinjoni ddettaljata wasslet għall-emenda ta’ din il-miżura, l-iżvelar tagħha kien neċessarju sabiex il-Membri tal-Parlament ikunu jistgħu jifhmu r-raġuni għaliex il-Gvern kien qiegħed jitlobhom jemendaw l-abbozz ippreżentat quddiemhom. Għaldaqstant, hemm interess pubbliku fl-iżvelar tagħha. Il-proċess demokratiku ma jistax jiffunzjona kif mistenni jekk il-Parlament jintalab jimplementa l-opinjonijiet tal-Kummissjoni li ma jkunux żvelati.Peress li l-legalità tal-proċess ta’ notifika u, għaldaqstant, l-infurzabbiltà tal-abbozz adottat jistgħu jiddependu fuq it-test tal-opinjoni tal-Kummissjoni, jeżisti interess pubbliku ikbar fl-iżvelar minħabba d-dritt għal ċertezza legali.Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-premessa 3 u tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 98/34/KE  minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata tal-KummissjoniIr-rifjut li tiġi żvelata l-opinjoni ddettaljata huwa inkompatibbli man-natura tad-Direttiva 98/34, li hija bbażata fuq it-trasparenza; dan jgħodd iktar u iktar meta l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx invokata l-klawżola ta’ kunfidenzjalità skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva.Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2), tal-Artikolu 4(5) u tal-Artikolu 4

(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata ta’ MaltaIr-rifjut li jingħata aċċess għall-opinjoni ma jistax ikun ibbażat fuq is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni tieħu l-opinjoni

ddettaljata ta’ Malta inkunsiderazzjoni meta tieħu deċiżjoni dwar proċedura għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu pendenti, jew fuq il-fatt li tkun inkludiet din

l-opinjoni fl-inkartament ta’ din il-proċedura.Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata ta’ MaltaIl-Kummissjoni inizjalment irrifjutat li tiddeċiedi dwar l-iżvelar tal-opinjoni ta’ Malta minħabba raġunijiet

li setgħu jiġu interpretati biss fis-sens li d-deċiżjoni kienet ser tiddependi minn jekk il-Kummissjoni taċċettax is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-402/12, Carl Schlyter vs Il-Kummissjoni, li t

istabbilixxi li opinjonijiet iddettaljati huma suġġetti għall-iżvelar, jew jekk tappellax minn din is-sentenza. Madankollu, il-Kummissjoni ma appellatx minn din is-sentenza u rrifjutat l-iżvelar għal raġunijiet li ma humiex marbuta ma’ din is-sentenza u li l-Kummissjoni qieset li kienu insuffiċjenti, għaliex altrimenti hija kienet tagħti deċiżjoni negat

tiva qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell fil-Kawża T-402/12.

____________

1 Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331). Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).