Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Sun Cali vs EUIPO – Abercrombie & Fitch Europe (SUN CALI)

(Kawża T-512/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SUN CALI – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti CaLi co – Raġuni relattiva għal rifjut –Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rappreżentanza quddiem il-Bord tal-Appell – Stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni – Persuni ġuridiċi b’konnessjonijiet ekonomiċi – Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun Cali, Inc. (Denver, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Thomas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Ġunju 2015 (Każijiet magħquda R 1260/2014-5 u R 1281/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Abercrombie & Fitch Europe u Sun Cali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sun Cali, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 354, 26.10.2015.