Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Frar 2017 – Gruppe Nymphenburg Consult vs EUIPO (Limbic® Sales)

(Kawża T-517/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Limbic® Sales – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Raġuni assoluta għal rifjut – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppe Nymphenburg Consult AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1972/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Limbic® Sales bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1972/2014-1) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Gruppe Nymphenburg Consult AG.

____________

1     ĠU C 354, 26.10.2015.