Language of document : ECLI:EU:T:2016:527

Kawża T‑512/15

Sun Cali, Inc.

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SUN CALI – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti CaLi co – Raġuni relattiva għal rifjut –Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rappreżentanza quddiem il-Bord tal-Appell – Stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni – Persuni ġuridiċi b’konnessjonijiet ekonomiċi – Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat‑22 ta’ Settembru 2016

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt mhux ippreżentati preċedentement quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Rappreżentanza quddiem l-Uffiċċju – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew is-sede tagħhom jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni – Prova tal-eżistenza ta’ stabbiliment kummerċjali reali u effettiv – Kunċett ta’ fergħa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 92(3))

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Rappreżentanza quddiem l-Uffiċċju – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew is-sede tagħhom jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni – Kunċett – Kumpannija b’membru wieħed – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 92(3))

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75, l-ewwel sentenza)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku rilevanti

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi SUN CALI u CaLi co

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 16)

2.      Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew is-sede tagħhom jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni jistgħu jkunu rrappreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat.

Madankollu, sempliċi estratti minn sit tal-internet u xi ritratti ma humiex biżżejjed, bħala tali u fl-assenza ta’ provi oħrajn, sabiex juru l-eżistenza ta’ stabbiliment kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni.

Il-kunċett ta’ fergħa jimplika ċentru operattiv li jimmanifesta ruħu fit-tul lejn l-estern, bħall-estensjoni ta’ sede prinċipali, bi tmexxija u materjalment mgħammar b’mod li jista’ jinnegozja kummerċ ma’ terzi, b’mod illi dawn, filwaqt li jkunu jafu li eventwalment se tiġi stabbilita relazzjoni legali mas-sede prinċipali li huwa barrani, huma eżenti milli jindirizzawh direttament u jistgħu jagħmlu kummerċ fiċ-ċentru operattiv li jikkostitwixxi l-estensjoni tiegħu.

(ara l-punti 21, 29, 30)

3.      Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew is-sede tagħhom jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni jistgħu jkunu rrappreżentati, quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, minn impjegat. L-impjegat ta’ tali persuna ġuridika jista’ wkoll jirrappreżenta persuni ġuridiċi oħrajn li għandhom konnessjonijiet ekonomiċi ma’ din il-persuna, anki jekk dawn il-persuni ġuridiċi oħrajn la għandhom domiċilju, la sede, u lanqas stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni.

Għandu jiġi kkonstatat li impriża b’membru wieħed, mingħajr personalità ġuridika, ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009, b’mod illi, skont din id-dispożizzjoni, huwa impossibbli għaliha li tirrappreżenta persuna ġuridika stabbilita barra mill-Unjoni li għandha magħha, jekk ikun il-każ, konnessjonijiet ekonomiċi fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.

(ara l-punti 21, 34)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 44, 45, 76)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 46)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 47)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 49, 52, 54)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55-57, 63, 71, 74, 75, 79)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 58)