Language of document : ECLI:EU:T:2017:84





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa Awla) tas-16 ta Frar 2017 – Gruppe Nymphenburg Consult/EUIPO (Limbic® Map)

(Kawża T-513/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Limbic® Map – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Raġuni assoluta għal rifjut – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament fsinjali jew findikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta prodott jew ta servizz – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 17, 22, 36)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament fsinjali jew findikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta prodott jew ta servizz – Kunċett – Trade mark ikkostitwita minn kelma jew minn neoloġiżmu li jirriżulta minn kombinazzjoni ta’ elementi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 18-21)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament fsinjali jew findikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta prodott jew ta servizz – Trade mark verbali Limbic® Map

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 24-28, 35-52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat‑23 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1973/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Limbic® Map bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1973/2014-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Gruppe Nymphenburg Consult AG.