Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/15) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Talba għal aċċess għal opinjonijiet iddettaljati maħruġa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ notifika abbażi tad-Direttiva 98/34/KE – Dokumenti relatati ma’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rifjut ta’ aċċess – Żvelar wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Konstantinidis, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, A. Falk, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Kamejsza-Kozłowska u B. Paziewska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni GESTDEM 2015/1291, tat-12 ta’ Ġunju u tas-17 ta’ Lulju 2015, li jirrifjutaw aċċess lir-rikorrenti għall-opinjoni ddettaljata maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea u għall-opinjoni ddettaljata maħruġa mir-Repubblika ta’ Malta, rispettivament, fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2014/537/PL.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

Ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 371, 9.11.2015.