Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Liège (il-Belgju) fis-26 ta’ Novembru 2020 – VT vs Centre public d’action sociale de Líège (CPAS)

(Kawża C-641/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VT

Konvenut: Centre public d’action sociale de Líège (CPAS)

Domanda preliminari

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jirtira minn refuġjat l-istatus tiegħu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/95 1 , u sussegwentement li jirtiralu r-residenza u jordnalu jitlaq mit-territorju, l-Artikoli 7 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment 2 , moqrija b’mod konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati bħala li jimplikaw li l-persuna kkonċernata tibqa’ żżomm dritt temporanju tar-residenza kif ukoll id-drittijiet soċjali tagħha matul l-eżami tal-azzjoni ġudizzjarja ppreżentata kontra d-deċiżjoni ta’ tmiem ta’ residenza u ta’ ritorn?

____________

1     Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).

2     ĠU 2008, L 348, p. 98.