Language of document : ECLI:EU:F:2010:156

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

8 ta’ Diċembru 2010

Kawża F-77/10

Fernando Arroyo Redondo

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju – Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu F. Arroyo Redondo jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Novembru 2009, li ddeċidiet li ma tinkludihx fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad AD 10 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑77/10, Arroyo Redondo vs Il‑Kummissjoni, hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.

Sommarju

Uffiċjali — Rikors — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69)