Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-640/16 RENV)1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi termiċi abbażi ta’ landa, żejt tas-sojja epossidizzat u esteri – Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ għal waħda mill-entitajiet li jikkostitwixxu l-impriża – Annullament tad-deċiżjoni li temenda l-multa ffissata fid-deċiżjoni inizjali ta’ konstatazzjoni tal-ksur – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Multi – Preskrizzjoni – Kunċett ta’ ‘impriża’ – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Data ta’ eżiġibbiltà tal-multa fil-każ ta’ emenda – Motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont u C. Wagner, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

GEA Group AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-proċeduri T-640/16, T-640/16 RENV u C-823/18 P.

____________

1     JO C 392, 24.10.2016.