Language of document : ECLI:EU:T:2023:18


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal25 ta’ Jannar 2023 –
GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T640/16 RENV)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi termiċi abbażi ta’ landa, żejt tas-sojja epossidizzat u esteri – Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ għal waħda mill-entitajiet li jikkostitwixxu l-impriża – Annullament tad-deċiżjoni li temenda l-multa ffissata fid-deċiżjoni inizjali ta’ konstatazzjoni tal-ksur – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Multi – Preskrizzjoni – Kunċett ta’ impriża – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Data ta’ eżiġibbiltà tal-multa fil-każ ta’ emenda – Motivazzjoni”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li torbot lill-Qorti Ġenerali – Kundizzjonijiet – Rinviju konsegwenti għal appell – Punti ta’ liġi maqtugħin definittivament mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell – Awtorità ta' res judicata – Portata

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 u l-Artikolu 61; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 215)

(ara l-punti 49, 50, 52, 54)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Oneru tal-prova

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 66 sa 68)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Annullament tal-att ikkontestat li jista’ jagħti vantaġġ lir-rikorrent fil-kuntest ta’ rikors quddiem il-qrati nazzjonali – Ammissibbiltà – Possibbiltà għall-qorti tal-Unjoni li tevalwa l-probabbiltà tal-fondatezza tar-rikors quddiem il-qorti nazzjonali – Esklużjoni

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 69, 93)

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Rikors dirett kontra deċiżjoni li temenda deċiżjoni li timponi multa in solidum fuq diversi impriżi – Deċiżjoni ta’ modifika ta’ natura definittiva fil-konfront tal-kodebituri in solidum tal-impriża rikorrenti – Annullament tad-deċiżjoni ta’ modifika li tista’ twassal għal tqassim tal-ammont tal-multa b’mod iktar favorevoli għall-impriża rikorrenti – Ammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 78 sa 88)

5.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Applikazzjoni lill-proċedura wara rinviju konsegwenti għal appell

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76(d), 84(1), 217(1) u 218)

(ara l-punti 111, 112)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Formalità essenzjali distinta mill-fondatezza tad-deċiżjoni

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 151 sa 153)

7.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Preskrizzjoni fil-qasam tal-multi – Modifika ta’ deċiżjoni li timponi multa – Deċiżjoni ta’ modifika li ma tirrigwarda la l-impożizzjoni ta’ multa bħala tali, u lanqas l-ammont totali tagħha – Evalwazzjoni tal-osservanza tat-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tad-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni inizjali

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2)(b) u 25)

(ara l-punti 176 sa 179, 186)

8.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu mogħti mil-leġiżlatur tal-Unjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 188)

9.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta' terminu raġonevoli – Ksur – Konsegwenzi – Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura – Kundizzjoni – Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1))

(ara l-punti 190 sa 192)

10.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Obbligu tal-Kummissjoni li torganizza seduta fuq talba tad-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Ittra tal-Kummissjoni li tagħti informazzjoni li tmur lil hinn mill-kontenut neċessarju tad- dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Dritt għal seduta tad-destinatarji – Assenza

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a) u (b); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1); Regolament Nru 773/2004, Artikolu 12(1))

(ara l-punti 206 sa 224)

11.    Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur imwettaq minn sussidjarja – Imputazzjoni lill-kumpannija omm – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Portata – Kumpannija omm u sussidjarja li, matul parti mill-perijodu ta’ ksur, kienu jifformaw impriża fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u li ma kinux għadhom jeżistu f’din il-forma fil-jum tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa – Konsegwenzi fuq id-determinazzjoni tal-ammont tal-multa – Applikazzjoni individwali tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

(ara l-punti 242 sa 249, 285)

12.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Determinazzjoni tal-ammont tal-multa imposta – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Gravità u tul tal-ksur – Osservanza tal-prinċipji ta’ motivazzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u ta’ ugwaljanza fit-trattament

(Artikoli 101, 261 u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

(ara l-punti 260 sa 268, 270 sa 272, 277, 286)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GEA Group AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-proċeduri T‑640/16, T‑640/16 RENV u C‑823/18 P.