Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2012 - Still vs UASI (Fleet Data Services)

(Kawża T-534/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Still GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Waller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannnulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 130/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża;

tgħaqqad din il-kawża mal-kawża parallela mibdijja kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 4/2012-1, ukoll tal-10 Settembru 2012, dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja "Truck Data Services", EM 009931429, skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali "Fleet Data Services", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 35, 36, 37 u 39 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 931 387

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

-    ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009

-    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

-    ksur tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Nru 207/2009

____________