Language of document : ECLI:EU:T:2013:465





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑486/09)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Miżuri ta’ żvilupp rurali — Żoni żvantaġġati u agroambjent — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa — Infiq imwettaq mill-Polonja — Rapporti ta’ kontroll — Effikaċja tal-kontrolli — Sistema ta’ sanzjonijiet –Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 796/2004 u Nru 817/2004) (ara l-punti 23-26)

2.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Proċedura — Proċedura ta’ konċiljazzjoni — Opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni — Assenza ta’ effett vinkolanti (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/442, Artikolu 1(2)(a)) (ara l-punt 45)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura u tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (Regolament tal-Kummissjoni Nru 817/2004, Artikolu 68) (ara l-punti 68, 69)

4.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa deċiża mill-Kummissjoni skont il-gwidi interni adottati fil-qasam — Kontrolli li ma joffrux il-livell mistenni ta’ regolarità tat-talbiet — Ammissibbiltà tal-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ 5 % fil-każ ta’ dgħufija kkonstatata f’kontrolli prinċipali stabbiliti minn Stat Membru fis-settur ikkonċernat (Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004) (ara l-punti 152-156)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 161, 162)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.