Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – ADDE vs Il-Parlament
(Kawża T-48/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2016 dwar il-finanzjament tal-partit ADDE għall-2015 li tiddikjara s-somma ta’ EUR 500.615.55 bħala inammissibbli u tirrikjedi r-rimbors tas-somma ta’ EUR 172.654.92;
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016 sa fejn tillimita l-ammont ta’ prefinanzjament tas-sussidju għas-sena 2017 għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussudju u tissuġġetta l-ħlas għall-ammont tal-prefinanzjament għall-preżentazzjoni ta’ garanzija tal-ewwel talba u, konsegwentement, l-Artikolu I.4.1 tad-deċiżjoni ta’ sussidju FINS-017-13 mehmuża ma’ din id-deċiżjoni;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Novembru 2016, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ksur tad-drittijiet tad-difiża.
It-tieni motiv ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa li jirriżultaw fi ksur tal-Artikoli 7, 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 500).
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
Insostenn tar-rikors għal annullament tad-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2016, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-ksur tad-drittijiet tad-difiża.
2. It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 134 tar-regolament finanzjarju tal-Unjoni Ewropea.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
____________