Language of document : ECLI:EU:T:2010:538



2      


Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Longevity Health Products vs UASI – Gruppo Lepetit (RESVEROL)

(Kawża T-363/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 32,33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1204/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gruppo Lepetit SpA u Longevity Health Products, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Longevity Health Products, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali RESVEROL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5244512

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Gruppo Lepetit SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjonijiet bħala trade mark nazzjonali tat-trade mark LESTEROL għall-prodotti tal-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.