Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 taʼ Marzu 2013 – BR vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-13/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BR (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt. Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.BR għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.