Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2012 - Bimbo vs UASI - Grupo Bimbo (GRUPO BIMBO)

(Kawża T-357/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GRUPO BIMBO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIMBO - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Trade mark li għandha reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta' April 2011, (Każ R 1272/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bimbo, SA u Grupo Bimbo, SAB de CV.

Dispożittiv

Il-punti 1, 2 u 4 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta' April 2011, (Każ R 1272/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bimbo, SA u Grupo Bimbo, SAB de CV, huma annullati.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 252, 27.08.2011.