Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 ta' Mejju 2007 - Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/01)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Sistema ta' ġbir u ta' rkupru ta' imballaġġi kkummerċjalizzati fil-Ġermanja li għandhom il-logo Der Grüne Punkt - Deċiżjoni ta' eżenzjoni - Obbligi imposti mill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi l-kompetizzjoni - Esklużività mogħtija mill-amministratur tas-sistema lill-impriżi ta' ġbir użati - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Ħtieġa li jiġi ggarantit l-aċċess tal-kompetituri għall-installazzjonijiet ta' ġbir użati mill-amministratur tas-sistema - Impenji adottati mill-amministratur tas-sistema")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Der Grüne Punkt - Duales System Deutschland GmbH, preċedentement Der Grüne Punkt - Duales System Deutschland AG (Cologne, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Deselaers, B. Meyring, E. Wagner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizzjalment S. Rating, wara P. Oliver, H. Gading u M. Schneider, u fl-aħħar minn W. Mölls u R. Sauer, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Landbell AG für Rückhol-Systeme (Mayence, Il-Ġermanja) (rappreżentanti : A. Rinne u A. Walz, avukati)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament ta' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/837/KE, tas-17 ta' Settembru 2001, fi proċedura mibdija abbażi ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każijiet COMP/34493 - DSD, COMP/37366 - Hofmann + DSD, COMP/37299 - Edelhoff + DSD, COMP/37291 - Rechmann + DSD, COMP/37288 - ARGE u ħames impriżi oħra + DSD, COMP/37287 - AWG u ħames impriżi oħra + DSD, COMP/37526 - Feldhaus + DSD, COMP/37254 - Nehlsen + DSD, COMP/37252 - Schönmakers + DSD, COMP/37250 - Altvater + DSD, COMP/37246 - DASS + DSD, COMP/37245 - Scheele + DSD, COMP/37244 - SAK + DSD, COMP/37243 - Fischer + DSD, COMP/37242 - Trienekens + DSD, COMP/37267 - Interseroh + DSD) (ĠU L 319, p. 1), jew sussidjarjament l-annullament ta' din id-deċiżjoni fl-intier tagħha, u l-annullament ta' l-impenn tar-rikorrenti riprodott fil-premessa 72 ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv tas-sentenza

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-rikorrenti, Der Grüne Punkt - Duales System Deutschland GmbH, hija kkundannata tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha stess, tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni kif ukoll l-ispejjeż ta' Landbell AG für Rückhol-systeme.

3)    Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati kwart mill-ispejjeż tagħha stess u kwart mill-ispejjeż tar-rikorrenti.

____________

1 - ĠU C 44 tas-16.02.2002.